Testijiet Tad-DNA Jikkonfermaw Li L-Katavru Li Nstab F’Karozza F’Ħal Qormi Hu Mario Farrugia
Il-Pulizija kkonfermat li aktar kmieni llum ħarġu r-riżultati tal-analiżi tad-DNA li kkonfermaw li l-vittma huwa Mario Farrugia ta’ 62 sena, residenti Pembroke.
Farrugia kien rrapportat nieqes u l-aħħar li deher kien fit-28 ta’ Marzu, 2022, fl-akwati tar-residenza tiegħu u kien qiegħed jagħmel użu minn vettura Peugeot 407 ta’ lewn griż.
Din hija l-istess vettura li fiha Mario Farrugia nstab maqtul.
Il-Pulizija qalet li l-analiżi forensiċi permezz tat-testijiet tad-DNA kienu meħtieġa minħabba li l-kadavru nstab fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni u ma setax jiġi identifikat mill-ewwel.
Huwa nstab li kellu aktar minn 40 daqqa ta’ sikkina.
L-investigazzjonijiet dwar dan l-omiċidju, kif ukoll l-Inkjesta Maġisterjali għadhom għaddejjin.
Ara wkoll:
Ir-Raġel Li Nstab Mejjet F’Bagoll Tal-Karozza F’Ħal Qormi Nqatel B’Daqqiet Ta’ Sikkina F’Sidru