Tfajla Ta’ 21 Sena B’Ġrieħi Gravi Wara Ħabta F’Raħal Ġdid

Tfajla ta’ 21 sena mill-Fgura sofriet ġrieħi gravi wara ħabta bejn żewġ karozzi.
L-aċċident seħħ illum, għall-ħabta tas-1am, fi Vjal Santa Luċija, Raħal Ġdid.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Mercedes Benz misjuqa minn raġel ta’ 46 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u Renault Clio misjuqa mill-vittma.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu.
Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn iżjed tard ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi, filwaqt li r-raġel ittieħed għall-kura ġewwa Ċentru tas-Saħħa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.