Tfajla Ta’ 21 Sena Tweġġa’ Gravi Wara Li Ttajret Minn Karozza F’San Ġiljan
Tfajla ta’ 21 sena mill-Kolombja sofriet ġrieħi gravi wara li ttajret minn karozza.
L-aċċident seħħ illum, għall-ħabta ta’ nofsinhar neqsin kwart, fi Triq Sant’ Andrija, San Ġiljan.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-vittma, intlaqtet minn Honda Civic li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 51 sena residenti Pembroke.
Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard kienet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.