Tgħid Malta Se Titniżżel Bħala L-Aħħar Vjaġġ Ta’ Papa Franġisku?

Fil-ġurnal popolari Taljan La Stampa, tħabbar li l-Papa Franġisku ddiżapunta xi ftit lil grupp ta’ pellegrini Slovakki hekk kif talbuh viżta f’pajjiżhom.
“Questa gamba non va bene, non funziona, e il medico mi ha detto di non camminare. A me piace andare, ma questa volta devo obbedire al medico”, qal il-Papa Franġisku.
(Din is-sieq mhux tajba, mhux tiffunzjoni, u t-tabib qalli biex ma nimxix. Jien nieħu gost immur, imma din id-darba ser ikolli nobdi l-parir mediku)
Tenna li hija umiljazzjoni għalih imma li se joffrieha għall-poplu Slovakk.