“Theddida Serja Fuq Il-Biodiversitá Qrib Il-Magħtab” – Il-PN

 “Theddida Serja Fuq Il-Biodiversitá Qrib Il-Magħtab” – Il-PN

Hekk kif ġie rrapurtat anke permezz ta’ filmat mis-sit elettroniku timesofmalta.com, ilbieraħ l-irwiefen li kien hawn fuq il-gżejjer Malti wasslu biex ammonti kbar ta’ plastik u tip ta’ skart ieħor jiġu mtajra ma’ kullimkien fl-Impjant tal-Magħtab u b’ħafna minn dan jispiċċa fil-baħar u anke fix-xagħri tal-madwar.

Fi stqarrija l-Kelliema tal-PN għall-Ambjent, Ħolqien ta’ Spazji ġodda u Drittijiet tal-annimali, Janice Chetcuti qalet li dan ser ikollu mhux biss impatt viżiv iżda ħafna agħar minn hekk impatt ambjentali drastiku.

“Skond riċerki varji l-plastik jieħu mijiet twal ta’ snin biex jiddikomponi u jispiċċa, b’theddida kbira għal bio-diversitá,” saħqet Chetcuti.

Hija qalet li l-Partit Nazzjonalista qed jingħaqad mal-karba ta’ ħafna NGOs li għandhom għal qalbhom kemm il-ħarsien tal-Ambjent u kif ukoll tal-Annimal. “Irridu nagħmlu l-almu tagħna kollu biex nipproteġu u mhux inkomplu nħassru dan kollu. Is-sit ta’ madwar dan l-impjant huwa wieħed ta’ importanza ekoloġika kbira u għaldaqstant jirrikjedi protezzjoni assoluta,” temmet tgħid Janice Chetcuti.

Ritratt: Times of Malta

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com