Tweġġa’ Gravi Wara Li Ntlaqtet Minn Karozza Li Kienet Ipparkjata U Mxiet F’Ħal Luqa

Tfajla ta’ 28 sena residenti l-Imġarr weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn karozza.
L-aċċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta ta’ nofsinhar, f’kumpless fi Triq Ħal Luqa, Ħal Luqa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li għal xi raġuni, vettura tal-għamla Volkswagen Golf li kienet ipparkjata, għal xi raġuni mxiet minn posta u laqtet lill-vittma.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.