Wasal Żmien Il-Figolli…

 Wasal Żmien Il-Figolli…

Kull żmien tas-sena għandu marbut miegħu xi ħelu jew ikel partikulari tradizzjonali, u mhux b’inqas dan iż-żmien tar-Randan, il-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid.

Iż-żmien tar-Randan jibda propju l-għada tal-karnival li miegħu wkoll għadna l-Prinjolata marbuta. Mal-40 jum tar-Randan umbad hemm diversi ikel li wieħed isib fosthom il-Kwareżimal, il-Hot Cross Buns, il-Qagħqa tal-Appostli u l-Karamelli tal-Ħarub u Ġulepp tal-Ħarub.

Speċjalment matul din l-aħħar ġimgħa tar-Randan dan it-tip ta’ ikel narawh aktar għal-bejgħ speċjalment waqt xi purċissjoni. Din is-sena aktar hekk kif wara sentejn ta’ pandemija se jkunu qed jerġgħu jibdew isiru l-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira u l-Rxoxt.

Bla dubju żmien ir-Randan jispiċċa bl-akbar festa tal-Knisja Kattolika, dik tal-Għid il-Kbir. U x’hemm itjeb minn Figolla tajba u bnina mimlija lewż pur wara l-quddies ta’ Sibt il-Għid, mat-tokki tal-Gloria!

Bħal kull sena jekk qed tfittex figolla tajba magħmula minn lewż pur, mill-ħwienet tal-Maypole se tkun tista’ ssib kemm miksija biċ-ċikkulata jew icing u mżejna bl-idejn bl-użu ta’ kuluri naturali.

Kull figolla jkollha bajda taċ-ċikkulata fil-wiċċ u tiġi f’forom differenti, fosthom ta’ qalb, ħaruf, farfett jew bajda.

Il-Maypole għandu servizz ukoll li tista’ tipprintja l-figolla tiegħek kif tixtieq, eżempju b’xi stampa partikulari jew logo tal-kumpanija.

Biex tordna tista’ ċċempel lit-tim professjonali ta’ Maypole fuq 22581581 jew tordna mill-website www.maypole.com.mt jew tixtrihom mill-ħwienet kollha tal-Maypole f’Malta u Għawdex.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com