Wasalna F’Estremità Li Bandist Jitolbok €600 Ta’ Servizz
“Wasalna f’estremità li bandist ta’ servizz, kapaċi jitolbok €600”. Hekk sostna magħna membru ta’ kumitat ta’ Soċjetà Mużikali partikolari fejn saħaq li jekk m’aħnhiex se nrażżnu l-prezzijiet u nieħdu ħsieb it-tradizzjoni aħna stess, se nkunu qed noqtluha b’idejna aħna stess.
Din hija r-realtà. Il-pandemija m’għenitx għaliex ħafna kienu dawk li qalu daqshekk banda. Madanakollu, il-prezzijiet ilhom li bdew jerfgħu rashom u issa splodew sew.
Dan għaliex pari passu mal-volontarjat, naqsu ħafna bandisti li huma disponibbli li jagħtu s-servizz. B’hekk, servizz ta’ banda normali kapaċi jiswiek balla liri. Il-baned ma jifilħux dan!
Intom x’taħsbu dwar dan?