Xufier Ta’ Xarabank Iweġġa’ Gravi F’Ħabta Ma’ Trakk F’Ħal Kirkop
Raġel ta’ 62 sena mill-Maċedonja u joqgħod San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi f’ħabta bejn xarabank u trakk.
L-aċċident seħħ illum, għall-ħabta tad-9:15am, fi Triq l-Ewwel Titjira 1915, Ħal Kirkop.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kien seħħ inċident bejn Leyland Daf misjuq minn raġel ta’ 32 sena residenti Ħaż-Żabbar, u xarabank misjuq mill-vittma.
Il-persuni involuti ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u r-raġel ta’ 62 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.