107 Resident Mill-Faċilità Korrettiva Ta’ Kordin Temmew B’Suċċess Korsijiet Li Attendew Għalijhom F’Diversi Suġġetti

 107 Resident Mill-Faċilità Korrettiva Ta’ Kordin Temmew B’Suċċess Korsijiet Li Attendew Għalijhom F’Diversi Suġġetti

Waqt ċerimonja li saret fil-Faċilità Korrettiva Ta’ Kordin, 107 resident ingħataw ċertifikat ta’ parteċipazzjoni f’numru ta’ korsijiet li attendew.

Is-suġġetti kienu jinkludu, l-Ingliż, Malti, Arti, Litteriżmu Diġitali, u diversi snajja’ fosthom kif jagħmlu l-ħobż, tisjir, iwweldjar u scaffolding.

Il-proġett, immexxi mill-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi bi sħab ma’ l-Università ta’ Malta, ġie implimentat permezz tal-European Social Fund.

Din l-inizjattiva bla dubju se tgħin lir-residenti jsibu mpjieg aktar malajr ladarba jerġgħu jkunu lura fis-soċjetà.

Bħala parti minn dan l-istess proġett, illum saret ċerimonja wkoll tal-għoti taċ-ċertifikati lil 187 uffiċjal u professjonist fuq korsijiet b’temi ffukati fuq ir-reintegrazzjoni tal-priġunieri.

Ara l-filmat:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com