“65 Sena Żwieġ U Għadhom Jagħtuna Eżempju Kuljum” – Il-Kap Tal-PN Bernard Grech
Il-ġenituri tal-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Bernard Grech illum qed jiċċelebraw l-anniversarju taż-żwieġ tagħhom.
F’messaġġ li kiteb fuq il-mezzi soċjali tiegħu Bernard Grech qal li missieru u ommu huma xempju ta’ mħabba, dedikazzjoni u lealtà.
“65 sena żwieġ u għadhom jagħtuna eżempju kuljum,” kiteb Dr Grech.
Huwa temm il-messaġġ qasir tiegħu billi awgura lill-għeżież ġenituri f’dan il-jum speċjali.