90% Tal-Kunsilliera Tal-PN Tefgħu L-Vot Tagħhom – Riżultat Finali Fil-Ħin Li Ġej
Aktar minn 90% tal-Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista tefgħu l-vot tagħhom għall-Elezzjoni ta’ Kap.
Il-proċess tal-votazzjoni f’Malta ntemm fil-5pm waqt li f’Għawdex intemm fit-3pm.
Dr Bernard Grech għandu bżonn 50% u vot biex ikun konfermat bħala Kap tal-PN.
Kunsilliera eliġibbli biex jivvutaw kien hemm 1,550.
Madwar 15-il persuna li kienu msefrin ivvotaw xorta waħda f’din l-elezzjoni permezz tas-sistema li tissejjaħ ‘proxy voting’.
Issa għadu kemm beda l-proċess tas-sorting.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.