Aġġornat: Tfittxija Fuq Pakkett Suspettuż Ma’ Karozza Fil-Gudja Tirriżulta Fin-Negattiv

L-investigazzjoni mit-Taqsima tal-Isplussivi fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta temmet l-investigazzjoni tagħha fuq pakkett suspettuża li kien f’vettura li kienet qed tinstaq fl-inħawi tal-Gudja.
Wara spezzjoni li saret b’apparat apposta u sigur f’sitwazzjonijiet bħal dawn, it-tfittxija rriżultat fin-negattiv.
Il-Pulizija reġgħet fetħet it-toroq għat-traffiku wara li s-sitwazzjoni ġiet lura għan-normal u ma’ kien hemm ebda periklu ieħor.
Aktar kmieni:
Fil-Gudja Jingħalqu Xi Toroq Wara Rapport Ta’ Pakkett Suspettuż Ma’ Karozza