Agostina Grech Hija L-Mara Li Tilfet Ħajjitha Traġikament Wara Li Waqgħet F’Sit Ta’ Kostruzzjoni Fil-Marsa
Agostina Grech ta’ 64 sena minn Raħal Ġdid tilfet ħajjitha traġikament wara li waqgħet f’sit ta’ kostruzzjoni.
L-aċċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-2:15pm, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza ġewwa sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Azzopardi, il-Marsa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-vittma, waqgħet madwar sular għoli fl-imsemmija sit.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, iżda sfortunatament il-mara ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.