Aidan Se Jkun L-Inkarigat Li Jaqra L-Punti Ta’ Malta Waqt Il-Finali Tal-Eurovision

Il-kantant popolari Aidan se jkun qed jaqra l-punti tal-ġurija Maltija waqt il-finali tal-Eurovision ta’ għada.
Dan ħabbru huwa stess permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu fejn kiteb li huwa onorat li ser ikun “l-ispokesperson Malti fil-finali tal-Eurovision.”
Aidan klassifika fit-tieni post fil-Malta Eurovision Song Contest ta’ din is-sena bid-diska li kisbet popolarità, ‘Ritmu’.
Huwa rringrazzja lil Television Malta li fdaw dan l-irwol f’idejh.