Ajruplan B’22 Persuna Abbord Jisparixxi Minn Fuq Ir-Radar Fin-Nepal

 Ajruplan B’22 Persuna Abbord Jisparixxi Minn Fuq Ir-Radar Fin-Nepal

Ajruplan żgħir b’22 persuna abbord sparixxa mir-radar ftit wara t-tluq tiegħu mill-ajruport fil-belt turistika ta’ Pokhara.

Dan kien konfermat minn Uffiċjali tal-Gvern dalgħodu, fejn qalu li l-ajruplan huwa Twin Otter tal-kumpanija Tara Air.

Dan it-tip ta’ ajruplan jagħmel vjaġġi qosra ta’ 15-il minuta minn Pokhara għal fuq il-muntanji f’Jomsom, fin-Nepal.

Skond rapporti internazzjonali ftit wara l-għejbien tal-ajruplan, intbagħat ħelikopter fiż-żona ta’ fejn l-aħħar li deher fuq ir-radar, però minħabba t-temp ħażin kellu jirritorna lura mingħajr suċċess fit-tiftix tal-ajruplan.

Il-kumpanija tal-ajru qalet li fuq dan il-vjaġġ kien hemm erba’ Indjani, żewġ Ġermaniżi u sittax-il Nepalis. Seba’ mill-passiġġiera kienu nisa.

Ritratt: Skynews  

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com