Anzjan Isofri Ġrieħi Gravi Wara Li Prova Jitfi Ħaxix Li Kien Qed Jaqbad F’Għalqa
Anzjan ta’ 76 sena minn Ħal Qormi sofra ġrieħi gravi kawża ta’ ħruq li sofra.
L-aċċident seħħ illum, għall-ħabta ta’ nofsinhar, ġo għalqa fi Triq il-Ħofor, Ħal Qormi.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-vittma, sofra xi ġrieħi meta kien qed jipprova jikkontrolla xi ħaxix li kien qed jieħu n-nar.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li assistew lir-raġel.
Ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura fejn aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.