Anzjan Isofri Ġrieħi Serji Wara Li Waqa’ Minn Għoli Waqt Li Kien Qed Jagħlef L-Annimali

 Anzjan Isofri Ġrieħi Serji Wara Li Waqa’ Minn Għoli Waqt Li Kien Qed Jagħlef L-Annimali

Raġel ta’ 82 sena residenti San Ġwann, sofra ġrieħi serji wara li lbieraħ waqa’ minn għoli f’residenza f’San Ġwann.

Kienu għall-ħabta tal-4:20pm, xħin intalbet l-assistenza tal-Pulizija fi Triq Birkirkara. Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li r-raġel waqa’ waqt li kien qed jagħlef l-annimali.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Elaine Mercieca li fetħet inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com