“Apparti L-Insulti U T-Tgħajjir, Anki Lejn Tifla Ta’ 4 Snin, Sodisfatta Li Qajjimt Kuxjenza…” – Il-MP Julie Zahra

 “Apparti L-Insulti U T-Tgħajjir, Anki Lejn Tifla Ta’ 4 Snin, Sodisfatta Li Qajjimt Kuxjenza…” – Il-MP Julie Zahra

“Segwejt b’interess kbir id-diskussjoni li qamet wara li jien ħadt lit-tifla tiegħi il-Parlament din il-ġimgħa. Apparti l-insulti u t-tgħajjir, anki lejn tifla ta’ 4 snin sodisfatta li qajjimt kuxjenza biex tkompliet id-diskussjoni dwar ir-rwol ta’ mara li tkun omm fid-dinja tax-xogħol.”

Dan kien il-qofol tal-messaġġ li kitbet il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Julie Zahra wara li nhar it-Tnejn li għadda hi attendiet is-seduta tal-Parlament flimkien mat-tifla tagħha.

Julie Zahra dwar dan qalet li l-argument li jrid isir m’għandux ikun jekk post it-tfal hux fil-Parlament, “iżda li ngħarfu ir-realtajiet ta’ għexieren ta’ eluf ta’ nisa, u li huma wkoll ommijiet, li ta’ kuljum isibu diffikultajiet kbar sabiex isibu l-bilanċ bejn il-ħajja familjari u l-karriera.”

Bla dubju din mhix biss problema li teżisti fil-Parlament Malti biss iżda f’ħafna postijiet tax-xogħol oħra li għandna f’pajjiżna.

Julie Zahra saħqet li jekk irridu nkunu verament inklussivi, irridu niggarantixxu li kull omm li tagħżel li tibqa’ taħdem jew ikollha karriera, ikollha wkoll il-faċilitajiet kollha biex tagħmel dan, “inkella nkunu qegħdin biss nippontifikaw li rridu l-ugwaljanza iżda nuru, li la darba mara jkollha t-tfal, postha hu d-dar.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com