Ara Min Huma L-Ewwel 10 Finalisti Tal-Eurovision

 Ara Min Huma L-Ewwel 10 Finalisti Tal-Eurovision

Fl-ewwel semifinali tal-Eurovision Song Contest 2022 li saret ilbieraħ tħabbru l-ewwel għaxar finalisti li kisbu post għall-finali ta’ nhar is-Sibt.

Huma se jkunu qed jingħaqdu flimkien mal-ħames pajjiżi kbar li awtomatikament posthom huwa fil-finali. Dawn huma Spanja. Renju Unit, Franza, l-Ġermanja u l-Italja l-pajjiż fejn isir dan il-festival din is-sena.

L-ewwel għaxar pajjiżi li lbieraħ ikkwalifikaw għall-finali tal-festival huma:

  • L-Iżvizzera
  • Il-Portugall
  • In-Norveġja
  • Il-Litwanja
  • L-Iżlanda
  • Il-Greċja
  • L-Ukrajna
  • Il-Moldova
  • L-Armenja
  • L-Olanda

It-tieni semifinali tal-Eurovision tittella’ għada l-Ħamis. Emma Muscat li qed tirrapreżenta lil Malta se tkun qed tipparteċipa bil-kanzunetta I Am What I Am f’din is-serata.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com