Attenti Minn Messaġġi Qarrieqa F’Isem L-Enemalta

 Attenti Minn Messaġġi Qarrieqa F’Isem L-Enemalta

Attenti minn messaġġi li qed jintbagħtu b’qerq f’isem l-Enemalta.

L-Enemalta, f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali tagħha qalet li tinsab infurmata li xi klijenti qegħdin jirċievu messaġġi li jgħidu li l-Enemalta għanda tagħti rifużjoni ta’ flus li tħallsu żejda fl-aħħar 6 xhur. Il-messaġġ jgħid li dan irid isir issa u jitolbuk tagħfas link li jinsab fl-aħħar tal-messaġġ.

L-Enemalta fi stqarrija qalet li dan il-messaġġ huwa qarrieqi u frodulenti. Messaġġi bħal dawn m’għandhomx jinfetħu u qatt m’għandhom jingħataw dettalji personali.

L-uniku messaġġi li l-Enemalta tibgħat huma dwar xogħol ta’ manutenzjoni jew t’emerġenza lill-klijenti affettwati.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com