‘Ave Maria’ – Kunċert Mill-Baritonu Joseph Lia
Il-Baritonu Joseph Lia għada il-Ġimgħa 6 ta’ Mejju fis-19:30 u is-Sibt 7 ta’Mejju fit-19:45 ser itellgħa żewġ kunċerti flimkien mal-organista Natalia Rakhmatulina ġewwa l-Knisja tal-Ġiżwiti, l-Belt Valletta bit-titlu Ave Maria – A Sacred Vocal Concert.
F’dawn il-kunċerti, Joseph Lia ser ikanta repertorju sagru, b’enfażi fuq l-Ave Maria miktuba minn kompożituri differenti matul il-mehhda taż-żmien, minn żmien il-Barokk sa dak modern. L-aktar Ave Marijiet popolari huma dawk ta’ Schubert, Gounod u Caccini, biss jezistu ħafna aktar, forsthom dawk ta’ kompożituri Maltin bħal Joseph Fenech.
Ta min isemmi li l-Ave Maria hija talba tal-Knisja Kattolika illi t-test bil-Latin tagħha interessa lil ħafna kompożituri biex jimmużikawh. Biss, ta min jinnota illi l-Ave Marija ta’ Schubert hija melodija sekulari fuq il-Lied – Ave Maria! Jungfrau mild, illi imbghad kantanti bdew ikantaw it-test bil-Latin tal- Ave Marija fuq din l-istess melodija, u b’hekk saret popolari, u wkoll fl-Ave Maria ta’ Gounod, il-kompożitur ħoloq melodija fuq l-akkumpanjamet mill-Ewwel Preludju fid-Do Maġġiore ta’ J.S.Bach. Ta’ min isemmi ukoll illi l-Ave Maria mgħarufa bħala ta’Caccini mhi ta’ Caccini xejn, iżda tal-kompiżitur Vavilov. Vavilov, li kien kompożitur Russu li għex fi-seklu 20 kellu ħabta jatribwixxi x-xogħolijiet tiegħu lil kompożituri oħra jew inkella jħallihom anonimi.
Waqt dan il-kunċert ser nisimgħu ukoll siltiet solo fuq l-orgni minn Natalia Rakhmatulina u xogħolijiet oħra vokali ta’Bach, Duratne, Lorenc u oħrajn.
Dawn il-kunċerti qed jittellgħu bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Arti. Biljetti jistgħu jinkisbu minn HAWN.
Stampa – Ispirata minn xogħolijiet ta’A. Calleja u V. van Gogh.