Bernard Grech Jitfa’ N-Nomina Għall-Kap Tal-PN – Votazzjoni Fis-27 U T-28 Ta’ Mejju

 Bernard Grech Jitfa’ N-Nomina Għall-Kap Tal-PN – Votazzjoni Fis-27 U T-28 Ta’ Mejju

Aktar kmieni llum Dr Bernard Grech issottometta n-nomina tiegħu għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista liċ-Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali Peter Fenech, biex b’hekk ingħalaq il-proċess ta’ nominazzjonijiet. Il-proċess ta’ nominazzjonijiet seta’ jingħalaq għax persuna waħda biss kienet issottomettiet id-dikjarazzjoni ta’ interess.

Għalhekk il-Kummissjoni Elettorali ddikjarat li issa l-elezzjoni tista’ ssir nhar il-Ġimgħa 27 u s-Sibt 28 ta’ Mejju kemm fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista u fis-Sub Headquarters f’Ta Sannat. Il-ħinijiet se jkunu il-Ġimgħa bejn il-5pm u d-9pm f’Malta u bejn il-5pm u t-8pm f’Għawdex u s-Sibt bejn it-8am u l-5pm f’Malta u f’Għawdex bejn it-8am u t-3pm.

Se jkun hemm ukoll il-votazzjoni bikrija nhar it-Tnejn 23 ta’ Mejju bejn il-5 u d-9pm fid-Dar Ċentrali u bejn il-5pm u t-8pm fis-sub headquarters f’Ta Sannat f’Għawdex.

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu wara s-sottomissjoni tiegħu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech qal li jinsab determinat li bl-appoġġ b’saħħtu tal-kunsillieri jkun jista’ jkompli jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex flimkien nerġgħu nagħmlu mill-ġdid partit aktar b’saħħtu u rebbieħ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com