Bħal-Lum Il-Papa Kien Ta Permess Biex 12-Il Festa F’Malta Ma Jibqgħux Tal-Obbligu
Bħal-lum 3 ta’ Mejju tal-1822, il-Papa kien ta permess biex 12-il festa f’Malta ma jibqgħux tal-obbligu. Dawn kienu l-Purifikazzjoni, it-Twlied u l-Kunċizzjoni tal-Madonna, San Ġużepp, it-Tnejn u t-Tlieta tal-Għid, il-Festa tas-Salib, Sant’Anna, San Lawrenz, San Stiefnu, San Ġwann u t-Twelid ta’ San Ġwann Appostlu.
L-ordni kienet qalet li f’dawn il-ġranet wieħed xorta kellu jisma’ l-quddies. L-ordni tal-Papa kienet tkopri wkoll il-festi tal-obbligu li kienu jaħbtu f’nofs il-ġimgħa.
Dawn kellhom ikunu ċċelebrati nhar ta’ Ħadd. Il-Papa li qed insemmu kien Papa Piju VII.