Bil-Filmat: Esplorazzjoni F’Għar Barka Fil-Limiti Tar-Rabat

 Bil-Filmat: Esplorazzjoni F’Għar Barka Fil-Limiti Tar-Rabat

Fl-aħħar vlog tiegħu, l-esploratur lokali Angelo Caruana flimkien ma’ Pierre Farrugia żaru wieħed mill-għerien inqas magħrufa fir-Rabat.

Huma daħlu f’dawn l-għerien biex jesploraw dak ħallew warajhom dawk li kienu jgħixu hawn ħafna snin ilu.

Mill-ewwel impressjoni kif tidher fil-filmat, l-kmamar ta’ quddiem intużaw għall-annimali tal-bdiewa, b’żoni biex jitimgħuhom u kmamar żgħar li jidher li huma miżjuda manwalment biex jakkomodaw lil dawn il-familji.

Fl-inħawi l-oħra ta ‘dawn l-għerien, wieħed jista’ jsib diversi fdalijiet ta’ karrettun, sodda u diversi karatteristiċi li normalment jinstabu f’dawn l-għerien, bħal xkafef, postijiet ta’ mistrieħ u ħitan tas-sejjieħ biex iservu bħala diviżorji tal-kmamar u protezzjoni mir-riħ u x-xita.

Karatteristika interessanti ħafna ta’ dan l-għar hija bħal tamboċċ biex tħalli d-dawl naturali jidħol u żona mimlija bebbux mejta.

Dawn l-istrutturi huma meravilja naturali fihom infushom, li jitfgħu ftit dawl fuq il-passat ta’ dawn l-inħawi. Peress li dawn mhumiex magħrufa sew, huma intatti u nenfasizzaw li nżommuhom kif inhuma.

Ara l-filmat: 

Matthew Pullicino

Insegwi b'mod attiv dak kollu li jkun qed jiġri, kemm lokali kif ukoll internazzjonali. Naffaxina ruħi bl-istorja, arti u kultura li għandna f'pajjiżna u dak kollu li huwa Malti. Naħdem ħafna qrib għaqdiet volontarji fil-qasam kulturali u l-esperjenza tiegħi f'dan ix-xogħol nieħu pjaċir naqsamha ma' ħaddieħor.