Bil-Filmat: “Ieqfu Stuprawna” – Tipprotesta Bla Ħwejjeġ Fuq It-Tapit L-Aħmar Tal-Festival Ta’ Cannes

Waqt il-festival tal-films f’Cannes, mara li kienet mistiedna fuq it-tapit l-aħmar użat dan il-mument quddiem għexieren ta’ kameras biex tipprotesta fuq każi ta’ nisa li qed ikunu stuprati mis-suldati Russi fil-gwerra tal-Ukrajna.
Fil-filmat il-mara tidher tiela t-taraġ, hekk kif f’daqqa waħda tieqaf u tneħħi l-libsa minn fuqha u tinżel tgħajjat “ieqfu stuprawna”.
Hija kienet miżbugħa bil-kuluri tal-bandiera Ukrena u fuq sidirha kellha miktub “stop raping us”. Il-mara kellha ukoll żebgħa ħamra mal-qalziet ta’ taħt u kuxxtejha li jissimboliża d-demm.
L-uffiċjali tas-sigurtà ħarġuha minn fuq it-tapit l-aħmar waqt li għattewha bi ġlekk.
Bħalissa fl-Ukrajna għaddejjin diversi investigazzjonijiet dwar reati kriminali li seħħew u għadhom qed iseħħu waqt il-gwerra, kif ukoll dwar diversi allegazzjonijiet ta’ nisa li qed ikunu stuprati minn suldati Russi.
Ara l-filmat:
Ritratt: Mike Marsland