Bil-Filmat: Il-Kummentarju Tal-Eurovision Mill-Ukrajna Sar Minn Ġo Xelter
Hekk kif ilbieraħ segwejna l-ewwel semi finali tal-Eurovision, bla dubju kien hemm stennija kbira għal kanzunetta Ukrena li ħadet sehem ilbieraħ.
Il-kanzunetta ‘Stefania’ interpretata minn Kalush Orchestra hija pjuttost diska kurrenti b’ħoss tradizzjonali Ukren.
Matul is-serata tal-bieraħ rajna bosta kantanti u anke fost l-udjenza sapport kontinwu lil Ukrajna speċjalment meta kantaw id-diska tagħhom. Jidher li skond id-djar tal-imħatri ‘Stefania’ hija l-aktar diska favorita li għandha tirbaħ din l-edizzjoni tal-Eurovision. Bla dubju dan ġej mill-fatt li bosta qed juru s-sapport tagħhom lil dan il-pajjiż li jinsab fi gwerra mar-Russja.
Matul is-serata tal-bieraħ rapporti f’siti barranin urew il-mod kif il-kummentarju Ukren irnexxielu jagħmel il-kummentarju tiegħu xorta waħda minn ġo xelter fil-belt ta’ Lviv.
Mill-filmati jidher li t-tekniċi rnexxielhom jarmaw studjo sħiħ f’dan ix-xelter sabiex jittrasmettu b’mod sigur lil poplu Ukren.
Verament poplu b’kuraġġ kbir!
Ara l-filmat: