Bil-Filmat: Il-Ministru Julia Farrugia Portelli Tiskopri Talent Ġdid?
Skoprejna talent ġdid tgħid fil-Ministru Julia Farrugia Portelli?
Hekk jidher, wara filmat li telgħet fuq il-mezzi soċjali tagħha, tidher titħarreġ fil-bowling wara li preżentat il-midalji lill-atleti rebbieħa waqt il-logħob tal-Olimpijadi Speċjali.
“Fil-bowling, l-atleti Maltin kisbu numru konsiderevoli ta’ midalji nkluż deheb. Wara li tajthom il-midalji riedu jtuni ftit taħriġ kif nilgħab il-bowling,” kitbet il-Ministru Julia Farrugia Portelli.
Jidher li marret tajjeb ukoll.
Prosit Ministru u lill-atleti kollha li qed jieħdu sehem!