Bil-Filmat: “Inħossni Kburija Ħafna Bil-Wirja, Tajt Kollox Li Stajt” – Emma Muscat

 Bil-Filmat: “Inħossni Kburija Ħafna Bil-Wirja, Tajt Kollox Li Stajt” – Emma Muscat

“Inħossni tajba ħafna, ovvjament ma kienx ir-riżultat li stennejna.”

Dan kien l-ewwel kumment li tat Emma Muscat illum, l-għada tas-semi finali tal-Eurovision.

Emma fil-kumment tagħha qalet li tħossha kburija ħafna bil-wirja li tat fuq il-palk tal-Pala Omimpico lbieraħ. “Tajt kollox li stajt,” tenniet Emma.

Hija rringrazzjat lill-kontinġent Malti kollu u dawk kollha li emmnu fiha mill-bidu.

Emma temmet tgħid li dan kien kapitlu ieħor li ngħalaq u mil-lum se tkun qed tħares lejn affarijiet ġodda, fosthom l-album il-ġdid tagħha bl-isem ‘I Am Emma’ li ġie mniedi llum b’kanzunetti ġodda.

Ara l-filmat: 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com