Bil-Filmat: L-MFA Tniedi Kits Ġodda Għat-Tims Nazzjonali Tal-Futbol

 Bil-Filmat: L-MFA Tniedi Kits Ġodda Għat-Tims Nazzjonali Tal-Futbol

Permezz ta’ filmat l-MFA żvelat uffiċjalment il-kits il-ġodda li t-tims nazzjonali tal-futbol se jkunu qed jużaw għas-snin li ġejjien.

Dawn il-kits saru mid-ditta Taljana ERREA u jikkonsistu fil-home kit li se jibqa’ bil-kulur aħmar kif ukoll l-away kit li ukoll se jibqa’ bil-kulur abjad. Il-goalkeepers se jkunu qed jużaw il-kulur blu u t-tieni kit huwa iswed b’faxxa ħamra fil-ġenb.

L-MFA bdiet taħdem fuq il-proċess tad-disinn ta’ dawn il-kits f’Ottubru.

Fuq in-naħa ta’ ġewwa ta’ l-għonq fuq wara tispikka l-kitba ‘Lil din l-art ħelwa’, strofa mill-Innu Malti biex tfakkar lil kull min ikun qed jilbes il-flok biex jagħmel dan bi kburija u dinjità.

Ara l-filmat: 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com