Bil-Filmat: Ma Jaqtgħux Qalbhom U Jiżżewġu Xorta Waħda Minkejja L-Gwerra

 Bil-Filmat: Ma Jaqtgħux Qalbhom U Jiżżewġu Xorta Waħda Minkejja L-Gwerra

Hekk kif l-istaġun tat-tiġijiet issa beda ġmielu, fl-Ukrajna mhux b’inqas hekk kif bosta koppji kienu pjanata li jiżżewġu f’dan iż-żmien.

Sfortunatament dawn il-koppji qed jiffaċċjaw sfidi kbar, l-ewwel b’sentejn ta’ pandemija u issa jinsabu f’nofs gwerra mar-Russi. Deċiżjoni iebsa jekk iħassrux it-tieġ jew le, jew jekk jagħmlux tieġ ridott jew jistennew li sakemm ikunu jistgħu jagħmluh kif kien pjanat.

Madanakollu, hemm koppji li xorta ma jaqtgħux qalbhom, bħal Ivan Khvatov u Olesya Khvatova li minkejja s-sitwazzjoni fil-pajjiż xorta waħda għażlu li jintrabtu fis-sagrament taż-żwieġ waqt li għaddejja l-gwerra.

Ivan ta’ 39 sena u Olesya ta’ 41 sena għamlu ċerimonja qasira u sempliċi fil-bini tar-reġistru taż-żwiġijiet fil-belt ta’ Irpin viċin Kyiv, waħda mill-ibliet l-aktar milquta mill-attakki Russi.

Fis-sala ma’ kien hemm ħadd ħlief il-koppja libsin jeans u flok u ċ-ċelebrant li mexxa ċ-ċerimonja taż-żwieġ. Ċerimonja li damet biss ftit minuti u li spiċċat b’bewsa wara l-iffirmar tar-reġistru.

Ara l-filmat:

Ritratt: Euronews 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com