Bil-Filmat: Malti Jgħid Li Huwa Profeta Ta’ Alla U Li Kapaċi Joħroġ Ix-Xjaten Minn Ġon-Nies

 Bil-Filmat: Malti Jgħid Li Huwa Profeta Ta’ Alla U Li Kapaċi Joħroġ Ix-Xjaten Minn Ġon-Nies

Dan is-suġġett kemm-il darba kien diskuss f’pajjiżna dwar jekk wieħed għandux jemmen jew le persuni li jmexxu xi tip ta’ kommunitajiet u jgħidu li huma profeti ta’ Alla u li qegħdin iwasslu l-kelma tiegħu. Apparti minn hekk jgħidu li kapaċi jkeċċu x-xjaten minn persuni li jkunu nħakmu mix-xitan. Il-knisja x’tgħid dwar dan?

Matul dawn l-aħħar xhur fuq il-mezzi soċjali wieħed jaf inzerta diversi filmati ta’ servizzi offruti minn Jason Sciberras, Malti li jpoġġi lilu nnifsu bħala Appostoliku u Profeta.

@jason_sciberras_hgfpm MEDIUM & FORTUNE-TELLING EXPOSE!!! #newage #rituals #deception #satanic #sellyoursoul #occult #darkworld #occulttiktok #religious #fortunetelling ♬ original sound – Jason_Sciberras_HGFPM

Mill-filmati jidher li Sciberras għamel diversi servizzi barra minn Malta wkoll kif ukoll f’garaxx fil-Mosta minn fejn imexxi l-komunità tiegħu.

F’filmati partikolari Sciberras jgħid li kellu viżjoni minn Alla, u l-għada permezz ta’ servizz li intalab jagħmel fuq mara barranija jidher jitlob lix-xitan biex joħroġ minn ġo fiha. Scibberas jinsisti mal-mara li għandha tivvomita lix-xitan biex tinħeles.

@jason_sciberras_hgfpm GOD’s DIVINITY at WORK!! NO OTHER ‘GOD’ EXCEPT HIM! #eagle #eagleeyes #eagles #prophetic #castingoutdemons #deliverance #kingdomofgod #signsandwonders ♬ original sound – Jason_Sciberras_HGFPM

Wieħed jista’ jara diversi filmati ta’ dan it-tip li jidher li kollha qed isiru fuq nies barranin.

Dan huwa servizz li qed ikun ir-reklamat li jsir bi ħlas.

X’taħseb fuq dawn it-tip ta’ servizzi? Għandhom jedd li jagħmluhom?

Matthew Pullicino

Insegwi b'mod attiv dak kollu li jkun qed jiġri, kemm lokali kif ukoll internazzjonali. Naffaxina ruħi bl-istorja, arti u kultura li għandna f'pajjiżna u dak kollu li huwa Malti. Naħdem ħafna qrib għaqdiet volontarji fil-qasam kulturali u l-esperjenza tiegħi f'dan ix-xogħol nieħu pjaċir naqsamha ma' ħaddieħor.