“Binti Spiċċat Tgħodd Il-Krejnijiet Flok Is-Siġar Fil-Madwar” – Il-MP Julie Zahra
Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Julie Zahra f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali tagħha qasmet ħsieb dwar kif it-tifla tagħha bħal tfal oħra, avolja jkunu għadhom żgħar jinnotaw ħafna affarijiet li xi kultant aħna stess ma nkunux konxji tagħhom.
“Xi kultant tkun hi stess li ġġielni nsir aktar konxja minn ċertu affarijiet,” kitbet Zahra.
Hija qalet li kull meta tkun fuq il-bejt tad-dar jew fil-karozza, it-tifla tagħha ta’ erba’ snin tħobb tgħodd kull krejn li tara. “U jien ngħid – imma possibbli li binti spiċċat tgħodd il-krejnijiet u mhux tieħu gost tgħodd kemm hemm siġar fil-madwar?!”
“Meta ser nerġgħu nintebħu li hemm bżonn ta’ ambjent san? Meta jkun tard wisq bħas-soltu?” Staqsiet Julie Zahra fil-ħsieb tagħha dwar dan is-suġġett kontroversjali.
“Din, hi Malta li ser inħallu lil uliedna u lil ulied uliedna?” Temmet isaqsi Zahra.