“B’Vot B’Saħħtu Se Nkun Qed Nieħu Deċiżjonijiet Li Hemm Bżonn B’Kuraġġ” – Bernard Grech

 “B’Vot B’Saħħtu Se Nkun Qed Nieħu Deċiżjonijiet Li Hemm Bżonn B’Kuraġġ” – Bernard Grech

Hekk kif il-votazzjoni għall-ħatra ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista daħlet fl-aħħar jum tagħha, Dr Bernard Grech għall-ħabta tad-9:30am mar tefa’ l-vot tiegħu wkoll.

“Illum hi ġurnata kruċjali għal dan il-partit,” hekk kiteb Dr Grech fuq il-mezzi soċjali tiegħu, fejn talab lil Kunsilliera tal-PN biex joħorġu jivvutaw bi ħġarhom.

“Bil-vot b’saħħtu tiegħek se nkun qed nieħu deċiżjonijiet li hemm bżonn biex b’kuraġġ u b’ħidma flimkien, insaħħu dan il-partit u nagħmluh aħjar,” saħaq Dr Grech fil-messaġġ imqanqal tiegħu.

Huwa temm jgħid li bis-suċċess ta’ partit rebbieħ ikunu jistgħu jmexxu lill-pajjiżna lejn kisbiet ambizzjużi u ta’ fejda għal kulħadd.

Il-votazzjoni tkompli sal-5pm f’Malta u sat-3pm f’Għawdex. Wara jibda l-proċess tar-rikonċiljazzjoni, is-sorting u l-għadd tal-voti, bir-riżultat huwa maħsub li joħroġ għall-ħabta tas-7pm.

Matthew Pullicino

Insegwi b'mod attiv dak kollu li jkun qed jiġri, kemm lokali kif ukoll internazzjonali. Naffaxina ruħi bl-istorja, arti u kultura li għandna f'pajjiżna u dak kollu li huwa Malti. Naħdem ħafna qrib għaqdiet volontarji fil-qasam kulturali u l-esperjenza tiegħi f'dan ix-xogħol nieħu pjaċir naqsamha ma' ħaddieħor.