Dan Il-Prodott Jaf Fih Is-Salmonella

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni ġdida li rċieva permezz tas-Sistema Rapida għall-ikel u l-għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibilita` ta’ kontaminazzjoni bis-Salmonella.
Isem tal-prodott: Kinder Sorpresa Maxi – Natoons
Ditta: Kinder
Piż: 100g
Data tad-durabbilità: 23-05-2022
Dan il-prodott, probabbilment m’għadux għall-bejgħ, imma jistà jkun għadu ma ttikilx mill-konsumatur.