“Dr Bernard Grech Idoneju Li Jikkontesta Għall-Kariga Ta’ Kap Tal-PN” – Il-Kummissjoni Kandidati Tal-PN
Ilbieraħ filgħaxija ċ-Chairperson tal-Kummissjoni Kandidati tal-Partit Nazzjonalist Colin Bowman bagħat ir-rapport ta’ due dilligence dwar Dr Bernard Grech lill-Kummissjoni Elettorali, Rekords u Data u lill-Kunsill Amministrattiv skont kif jitlob l-istatut tal-Partit Nazzjonalista.
Il-konklużjoni tal-Kummissjoni Kandidati sabet li abbażi tat-tweġibiet mogħtija lill-Kummissjoni minn Dr Bernard Grech, il-Kummissjoni tikkonferma li ssib lil Dr Bernard Grech idoneju li jikkontesta għall-kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Għalhekk wara li l-Kunsill Amministrattiv u l-Kummissjoni Elettorali ħadu nota tal-konklużjoni tal-proċess ta’ due diligence, il-Kummissjoni Elettorali qiegħda tiftaħ il-perjodu ta’ proċess ta’ nominazzjoni li fih Dr Bernard Grech jista’ jitfa’ n-nomina li trid tkun sekondata minn 3 deputati, 5 kunsilliera lokali, 10 membri tal-eżekuttiv, 50 membru tal-kunsill ġenerali u 50 tesserat tal-Partit Nazzjonalista hekk kif jitlob l-istatut.