€402,338 F’Donazzjonijiet Għall-Partit Laburista
Il-Partit Laburista ġabar is-somma ta’ €402,338 f’donazzjonijiet waqt Maratona Ġbir ta’ Fondi organizzata lbieraħ, f’Jum il-Ħaddiem.
F’dan il-jum sinifikattiv għall-Partit Laburista, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela flimkien mal-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista rringrazzjaw lil dawk kollha li kkontribwixxew f’din il-Maratona.
Robert Abela qal li din iċ-ċifra sabiħa se tkompli ssaħħaħ lill-Partit Laburista biex jibni Għawdex u Malta fejn kulħadd jista’ jaspira u jikseb dak li jaspira.