Earth Garden Festival Jirritorna F’Ġunju Li Ġej
Wara sentejn ta’ pandemija, ‘Earth Garden Festival’ se jkun qed jirritorna f’Ġunju, fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali.
Din is-sena biex jiġi ċċelebrat il-15-il sena mill-bidu ta’ dan il-festival popolari ferm, il-biljetti biex wieħed jidħol se jkunu b’xejn. Se tintalab biss donazzjoni għall-għaqda volontarja ambjentali.
L-Earth Garden Festival huwa magħruf għall-kwalità għolja ta’ organizzazzjoni kif ukoll mużika minn bands lokali u internazzjonali kif ukoll artisti varji oħrajn.
Din is-sena l-festival se jkun qed isir mit-3 sal-5 ta’ Ġunju u se jkun hemm 10 żoni differenti fosthom żona għall-campers, suq etniku, ikel u xorb kif ukoll 5 żoni dedikati għall-mużika fejn se jilqgħu fihom aktar minn 100 artist.
Għal festival ta’ din is-sena mistenni jattendu mal-25,000 persuna.