Fil-Ħin Li Ġej Il-Pulizija Se Tressaq Il-Qorti Raġel Mixli Bil-Qtil Ta’ Fawez Najem

 Fil-Ħin Li Ġej Il-Pulizija Se Tressaq Il-Qorti Raġel Mixli Bil-Qtil Ta’ Fawez Najem

Il-Pulizija se tkun qed tressaq raġel il-Qorti b’rabta mal-qtil ta’ Fawez Najem.

Fi stqarrija ntqal li r-raġel se jitressaq fil-Qorti t’Għawdex quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Bridgette Sultana, illejla, għall-ħabta tas-7:30pm.

Huwa ser jitressaq b’akkużi relatati mal-omiċidju f’Marsalforn, Għawdex li seħħ is-Sibt li għadda.

Huwa mifhum li fis-sigħat li għaddew ġew interogati diversi persuni li kienu nvoluti fil-ġlieda li bdiet minn filgħodu quddiem bar fil-Port ta’ Marsalforn u kompliet filgħaxija f’appartament f’Marsalforn stess fejn waslet għal qtil tas-Sirjan ta’ 25 sena.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com