Fit-Tajlandja L-Gvern Se Jqassam Miljun Pjanta Tal-Kannabis Fid-Djar

Fit-Tajlandja l-Gvern se jkun qed iqassam miljun pjanta tal-kannabis b’xejn liċ-ċittadini fi djarhom. Dan sabiex jimmarka l-introduzzjoni ta’ liġi ġdida li tħalli persuni jkabbru l-kannabis f’darhom.
Dan ħabbru l-Ministru għas-Saħħa Anutin Charnvirakul fejn qal li l-intenzjoni wara dan huwa li ċ-ċittadini jħossuhom komdi jkabbru din il-pjanta daqs li kieku qed ikabbru pjanta normali.
Il-liġi l-ġdid fit-Tajlandja tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Ġunju fejn persuna se tkun tista’ tkabbar pjanta tal-kannabis wara li tkun avżat lill-awtoritajiet konċernati. Din se tkun tista’ tiġi użata għal raġunijiet mediċi biss u ma’ tistax tintuża b’mod kummerċjali.
Ritratt: CNN