“Fl-Aħħar 10 Snin Il-Pagi Tal-Ħaddiema ‘Unskilled’ Baqgħu Li Kienu…Sadanittant L-Ikel Biss Għola 25%” – Peter Agius
“Xirja għal familja ta’ 4 żdiedet b’€100 fix-xahar! Il-pagi kemm żdiedu sadanittant?”
Dan kien il-messaġġ tal-Kelliem tal-PN Peter Agius dwar l-għoli tal-ħajja wara rapport li ġew ippublikati fil-jiem li għaddew.
Peter Agius qal li fl-aħħar għaxar snin il-pagi tal-ħaddiema ‘unskilled’ baqgħu li kienu. “Sadanittant l-ikel biss għola 25%,” saħaq Agius.
Huwa tenna kif Caritas Malta qed tissuġġerixxi li tinfirex aktar l-iskema tal-Unjoni Ewropea fejn jitqassam l-ikel u li jingħataw il-‘food vouchers’.
Agius qal li dan jista’ jsir bħal ma sar f’pajjiżi oħra anke billi jintużaw prodotti lokali inkluż ħaxix, frott u laħam imkabbar Malta. “Din tkun soluzzjoni win-win!” sostna Peter Agius.
Huwa temm jgħid li l-Gvern għandu jiċċaqlaq minnufih għax hawn mijiet li qed isofru fis-silenzju. “Is-Sibt ser jieħdu l-ħalfa r-rappreżentanti tagħna fil-Parlament – dan għandu jkun l-ewwel punt fuq l-aġenda!”