“F’Malta Sal-Lum M’Għanda L-Ebda Każ Konfermat Tal-Monkeypox…Din Mhix Covid Oħra” – Id-DPM Chris Fearne
“F’Malta sal-lum m’għanda l-ebda każ konfermat tal-monkeypox…Din mhix Covid oħra.”
Dan kien konfermat mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne wara li ġie mistoqsi dwar dan waqt konferenza li saret aktar kmieni.
Huwa qal li dan il-virus jixbaħ ħafna liċ-chickenpox u għaldaqstant saħaq li m’għandux ikun hawn allarm żejjed.
Il-Ministru Fearne qal li l-Gvern xorta waħda qed jeħodha bis-serjetà u jinsab preparat fl-eventwalità li jidħol dan il-virus f’Malta.
Il-Ministru Chris Fearne żied jgħid li dawk il-persuni li għandhom aktar minn 50 sena, diġà għandhom forma ta’ immunità minħabba li kienu ħadu t-tilqima tal-ismallpox.