Franza Titlob “Investigazzjoni Trasparenti” Dwar Il-Qtil Ta’ Ġurnalist Franċiż Fl-Ukrajna

 Franza Titlob “Investigazzjoni Trasparenti” Dwar Il-Qtil Ta’ Ġurnalist Franċiż Fl-Ukrajna

Il-Gvern Franċiż qed jitlob “investigazzjoni trasparenti” dwar il-qtil tal-ġurnalist Franċiż fl-Ukrajna.

Frédéric Leclerc-Imhoff, kien jaħdem mal-istazzjon BFMTV u fil-mument li nqatel kien qed jirrapporta evakwazzjoni qrib il-belt ta’ Severodontsk.

Il-ġurnalist ta’ 32 sena kien akkumpanjat min-nies ċivili li kienu qed jaħarbu mill-attakki Russi.

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Franċiża Catherine Colonna, li kienet fl-Ukrajna nhar it-Tnejn, qalet li din l-aħbar hija waħda xokkanti.

Hija talbet biex issir investigazzjoni malajr kemm jista’ jkun sabiex titfa’ dawl fuq kif seħħet din it-traġedja.

Il-President Franċiż Emmanuel Macron qal li Frédéric Leclerc-Imhoff kien jinsab fl-Ukrajna biex juri r-realtà tal-gwerra u spiċċa nqatel minn bomba.

Ritratt: Euronews

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com