“Għal Darb’Oħra Fil-Parlament Il-Prim Ministru Għamel Diskors Partiġġjan” – Il-Kap Tal-PN Bernard Grech

 “Għal Darb’Oħra Fil-Parlament Il-Prim Ministru Għamel Diskors Partiġġjan” – Il-Kap Tal-PN Bernard Grech

“Għal darb’oħra Robert Abela mal-ewwel okkażjoni li kellu reġa’ għażel li flok li jitkellem fuq il-problemi vera li qed jiltaqgħu magħhom koppji li jgħaddu mill-proċess ta’ IVF, għażel li jattakka lili u jigdeb dwari.”

Dan qalu l-Kap tal-Oppożizzjoni U Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fi stqarrija wara d-diskors tal-Prim Ministru lbieraħ fil-Parlament.

Grech tenna li għal darb’oħra fil-parlament il-Prim Ministru għamel diskors partiġġjan. “Il-Prim Ministru qisu nesa li għaddiet kampanja elettorali.”

“L-appell tiegħi lil Robert Abela jibqa’ dak biex mil-kliem jgħaddi għall-fatti u ma jibqax jidħaq b’dawk li qed jistennew l-għajnuna,” saħaq il-Kap tal-PN Bernard Grech.

Huwa sostna li jekk vera jrid li jaħdem fi spirtu ta’ ħbiberija Robert Abela għandu jwarrab l-għamad politiku, jieqaf jattakka, naħdmu flimkien u naġixxu fl-interess Nazzjonali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com