Ġranet Xemxin U Kalmi B’Temperaturi Li Jkomplu Jogħlew Sa 4°C Aktar Mill-Medja

 Ġranet Xemxin U Kalmi B’Temperaturi Li Jkomplu Jogħlew Sa 4°C Aktar Mill-Medja

Pressjoni għolja tiggarantixxi temp stabbli u xemxi fiċ-ċentru tal-Mediterran għall-jiem kollha tal-ġimgħa d-dieħla, b’temperaturi li jkomplu jogħlew fl-ewwel jiem tal-ġimgħa.

It-temp se jkun ġeneralment xemxi fil-jiem kollha tal-ġimgħa u b’temperaturi pjuttost elevati u indiċi tar-raġġi UV għoljin ħafna. F’xi jiem kalmi jista’ jidher xi ċpar minn fuq il-baħar.

Ir-riħ se jkun ġeneralment ħafif jew moderat (sa Forza 4) matul il-jiem kollha tal-ġimgħa b’direzzjonijiet varji.

It-temperaturi massimi se jkunu ogħla mill-medja b’madwar 4°C fil-bidu tal-ġimgħa fil-livell ta’ ~28°C iżda jonqsu xi ftit fit-tieni parti tal-ġimgħa; it-temperaturi minimi jkunu stabbli u mal-medja fil-livell ta’ 17°C.

It-temperatura tal-baħar togħla għal medja ta’ 18°C, li xorta hi madwar 1°C anqas mill-medja staġjonali għal nofs Mejju.

Ritratt mill-isbaħ miġbud ilbieraħ mix-Xlendi, grazzi għal Tiziana Fenech

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com