Gwida Mill-OHSA Dwar Ix-Xogħol Fix-Xemx U S-Sħana

 Gwida Mill-OHSA Dwar Ix-Xogħol Fix-Xemx U S-Sħana

F’informazzjoni mill-OHSA, ġie kkomunikat tagħrif għal dawk il-persuni li jaħdmu fix-xemx u s-sħana. Intqal li persuni li jaħdmu barra jafu xi tfisser ix-xemx u l-isfidi li jġib miegħu x-xogħol fil-klima sħuna ta’ Malta. Dan iwassal biex dan it-tip ta’ xogħol barra, ikollu bosta riskji, inkluż l-espożizzjoni għal radjazzjoni UV perikoluża u sħana eċċessiva.

Matul ix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-melanoma, u biż-żieda attwali fittemperatura u l-possibbiltà ta’ heatwave, l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post taxXogħol (OHSA) mill-ġdid tisħaq dwar il-bżonn li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġu evitati problemi ta’ saħħa li jirriżultaw minn espożizzjoni żejda għar-raġġi tax-xemx u għal sħana żejda.

Il-mard relatat mas-sħana jista’ jiġi evitat, u jitlob impenn minn min iħaddem li jipprovdi laktar kontrolli effettivi skont kif identifikati fl-evalwazzjoni tar-riskju. L-aħjar strateġiji biex taħdem barra mingħajr periklu huma li tiġi evitata l-espożizzjoni għax-xemx u li tirregola kif il-ħaddiema jaħdmu fis-sħana.

Ta’ kull sena, l-OHSA toħroġ id-dokument ‘Xogħol fis-Sħana u x-Xemx’ bħala gwida għadduty-holders fl-identifikazzjoni tar-riskji assoċjati ma’ dan it-tip ta’ xogħol, il-miżuri li għandhom jittieħdu kif ukoll l-informazzjoni għall-ħaddiema. Dan id-dokument ta’ gwida huwa disponibbli kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti u jista’ jitniżżel mingħajr ħlas mill-paġna ta’ Facebook tal-OHSA jew billi ssegwi dawn il-links: Malti:

Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jikkuntattja lill-OHSA fuq it-tel. 21247677, jibgħat email fuq [email protected] jew iżur il-paġna ta’ Facebook tal-OHSA @ohsamalta

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com