Ħaddiem Isofri Ġrieħi Gravi Wara Li Ċeda Travu Bih
Ħaddiem ta’ 25 sena mill-Mali sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli sular.
L-aċċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tad-9am, f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Farfett, il-Marsa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-vittma, sofra xi ġrieħi wara li ċeda travu bih u waqa’ għoli ta’ madwar sular waqt li kien qiegħed jaħdem.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.