Ħaddiem Jitlef Ħajtu F’Aċċident Ikrah Fl-Inċineratur Tal-Wasteserv Fil-Marsa
Ħaddiem Malti, tilef ħajtu traġikament wara inċident fl-inċineratur tal-Wasteserv tal-Marsa.
Kelliema tal-Pulizija kkonfermat dan l-inċident li seħħ għall-ħabta tad-9am.
Ambulanza u tim mediku flimkien mal-Pulizija ssejħu fuq il-post sabiex jassistu l-ħaddiem, iżda l-persuna ġiet ċċertifikata mejta.
Minn rapporti jidher li l-ħaddiem kien qed jaħdem fil-parti fejn jitqatta’ l-laħam qabel jinħaraq.
Fuq il-post hemm il-Pulizija sabiex jinvestigaw dan il-każ filwaqt li l-Maġistrat tal-Għassa Elaine Mercieca ġiet infurmata b’dan il-każ, u ħatret inkjesta.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.