“Ħallejt Ħidma Li Ħabbejt U Se Nġorr Miegħi Ħafna Memorji Mill-Isbaħ…” – Davina Sammut Hili

 “Ħallejt Ħidma Li Ħabbejt U Se Nġorr Miegħi Ħafna Memorji Mill-Isbaħ…” – Davina Sammut Hili

“Nhar is-Sibt bdejt vjaġġ ġdid, ħallejt ħidma li ħabbejt u se nġorr miegħi ħafna memorji mill-isbaħ ta’ 10 snin li għamilt fil-Kunsill lokali tal-Floriana.”

Kien dan il-messaġġ li kitbet l-eks Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Floriana Davina Sammut Hili fuq il-mezzi soċjali tagħha hekk kif mis-Sibt li għadda bdiet il-ħidma tagħha bħala Membru Parlamentari.

“Inħossni ġrata lejn il-Furjaniżi li tul is-Sindikat tiegħi dejjem sibthom ta’ appoġġ, ta’ dan m’għandix kliem biex nirrigrazzjahom. Ħdimt kemm stajt u ħdimt aktar fis-skiet b’tama qawwija li se naraw il-frott aktar ‘l quddiem,” tenniet Davina Sammut Hili.

Hija rringrazzjat lil Vincent Borg, Albert de Marco, James Aaron Ellul u Justine Palmier li ħadmet magħhom fil-Kunsill tul dawn l-aħħar xhur.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com