Hayrettin Kök Huwa T-Tork Li Tilef Ħajtu Lbieraħ F’Ta’ Xbiex

Hayrettin Kök huwa l-ħaddiem Tork ta’ 49 sena li tilef ħajtu traġikament ilbieraħ filgħaxija.
Huwa miet wara li waqa’ madwar 3 sulari ġo xaft waqt li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Testaferrata kantuniera ma’ Triq Enrico Mizzi, Ta’ Xbiex.
Fuq il-mezzi soċjali bosta Torok li jgħixu f’Malta sellmu l-memorja tiegħu.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ara wkoll:
Ħaddiem Imut Wara Li Waqa’ Tliet Sulari F’Sit Ta’ Kostruzzjoni F’Ta’ Xbiex